Gwardjan lokali li kienet qed taqdi d-dmirijiet tagħha fi Triq il-Katidral, f’Tas-Sliema, qalgħet daqqa ta’ ponn minn raġel f’każ li seħħ iktar kmieni llum għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwarta ta’ wara nofsinhar.
Il-gwardjan lokali sofriet ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel inżamm mill-Pulizija u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Ispettur Mark Mercieca u l-Pulizija mid-distrett ta’ Tas-Sliema.
Fi stqarrija li għamel l-Ispettur Sandro Camilleri, President tal-Police Union, iddeplora u kkundanna dan l-attakk filwaqt li ħabbar li l-agressur għandu każi preċedenti ta’ agressjoni fuq il-Pulizija.
//= $special ?>