Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Buġeja ikkonferma li għadhom ma bdew l-ebda diskussjonijiet mal-union dwar il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Airmalta. Dan qalu f’kummenti li għadda lill-website tal-ġurnal The Malta Independent.
Josef Buġeja ikkonferma li s’issa ma ġiet stabbilita’ l-ebda data għal laqgħa mal-linja nazzjonali tal-ajru sabiex tiġi diskussa s-sitwazzjoni tal-ħaddiema. “Id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u s-sieħeb strateġiku għadhom għaddejin”, sostna Buġeja fil-kummenti lill-Independent.
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal illi s’issa m’għandhom lebda informazzjoni dwar min se jkun dan is-sieħeb strateġiku tal-Airmalta. Buġeja insista illi meta jibdew id-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema “ħadd m’għandu jistenna li jkun hemm pressjoni biex nilħqu qbil f’qasir żmien”.
Josef Buġej qal ukoll illi l-aħħar kuntatti li kellha il-GWU fuq din il-kwistjoni kienu madwar tliet ġimgħat ilu.
//= $special ?>