Lokali Transport

Il-Fond tat-Trasport tal-KSU ikun suċċess kbir

Skont il-Kunsill Studenti Universitarji, il-fond tat-trasport tal-KSU, issaportjat mill-Malta Public Transport, li kien ħareġ għall-ewwel darba t-Tnejn 7 ta’ Marzu, kien suċċess għall-darb’oħra. Fi stqarrija, l-KSU ħabbar li xahar wara li ġie mniedi dan il-fond, aktar minn 320 studenti applikaw għalih. Il-benefiċċju li offra dan il-fond kien li ta skond bin-nofs, li hu applikabbli sas-16 ta Lulju ta’ din is-sena. Dan ifisser li l-massimu li l-istudenti kellhom iħallsu kien ta €10.50, għall-dawk li applikaw għal dan il-fond, u jistgħu jħallsu kull xahar.

Daniel Grech, Direttur tal-qasam Kummerċjali tal-Malta Public Transport qal li huwa nkorraġġanti li tara daqshekk interess mill-istudenti universitarji, u li dan juri kemm is-sistema tat-trasport pubbliku qed issir alternattiva komda għalihom. L-istudenti kellhom iroddu lura l-permess tal-parkeġġ tagħhom sabiex jieħdu sehem fil-fond. Grech kompla jgħid li din is-sena il-kumpanija qiegħda taħdem fuq dak li kisbet fl-2015 sabiex tkompli ttejjeb l-prodott finali u kwalita’ tas-servizz.

Il-KSU ilhu jaħdem snin twal sabiex trawwem kuxjenza fuq l-alternattivi li jeżistu għall-użu tal-karozza privata sabiex wieħed imur jew jiġi mill-Universita’. Dan il-fond, li issa ilu jiġi offrut diversi snin, huwa biss wieħed mill-inizzjattivi varji li ħadem fuqhom il-Kunsill.