Lokali

Il-Gvern Malti jinsab f’diffikultà – Antonio Tajani

Antonio Tajani, wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew esprima t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni f’pajjiżna wara dak li ġie żvelat fil-Panama Papers.

Fuq Twitter, Tajani staqsa x’qed jiġri f’Malta, hekk kif il-Gvern jinsab f’diffikultà wara dak li ħareġ mill-isklandlu. Dan hekk kif il-Ministru Konrad Mizzi rriżulta li hu l-uniku Ministru tal-Unjoni Ewropea involut f’dan l-iskandlu.

Wara seba’ ġimgħat, il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma jridx jieħu deċiżjoni fil-konfront ta’ Mizzi u lanqas taċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri. Dan wassal biex l-Oppożizzjoni kellha tippreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja fit-tmexxija ta’ Muscat.

Antonio Tajani Tweet Panama Papers Malta 110416