Il-whistleblower Amerikan Edward Snowden, li fl-2013 kien żvela eluf ta’ dokument tal-Aġenzija Amerikana tas-Sigurtà Nazzjonali, faħħar sehem il-Maltin fid-Dimostrazzjoni Nazzjonali tal-bieraħ fil-Belt.
Fuq Twitter, hu xandar ritratti li oriġinarjament ixxandru mill-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola u qal li l-protesti f’Malta huma enormi. Din it-tweet wasslet għal numru ta’ kummenti minn peruni li jsegwu lil Snowden fuq Twitter.
Fost oħrajn, spikkaw dawk li faħħru l-kuraġġ tal-Maltin u tal-Iżlandiżi, li minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż ħarġu fit-toroq biex isemmgħu leħinhom wara dak li ġie żvelat fil-Panama Papers.
//= $special ?>#PanamaPapers protests in Malta are huge. https://t.co/XjngFda022
— Edward Snowden (@Snowden) 11 April 2016