Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku – Iżda mhux fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 42 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ il-bieraħ wara nofsinhar fi Triq Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn mutur u karozza.

Is-sewwieq tal-mutur – raġel Ingliż ta’ 42 sena li joqgħod Tas-Sliema, sofra xi ġrieħi u kellu jittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li s-sewwieq l-ieħor li għandu 50 sena residenti San Ġwann ma sofra l-ebda ġrieħi.

Iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li s-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.