Internazzjonali Kultura Lokali Mużika

Joseph Calleja jirbaħ premju prestiġġjuż fi New York

It-tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja, l-Ħadd filgħaxija, rebaħ il-premju prestiġġjuż ta’ Opera News. Dan sar f’ċerimonja ġewwa New York fl-Istati Uniti.

It-tenur ingħata l-premju minn Placido Domingo, l-Ispanjol leġġenda tal-opri – fejn kemm Joseph Calleja u anke Placido Domingo kienu qegħdin jagħmlu l-kunċert Simon Boccanegra fi New York stess.

F’kummenti lill-media, Joseph Callejja stqarr li hu ferm kuntent li ingħata dan il-premju, aktar u aktar meta ingħata lilu mingħand l-leġġenda Placido Domingo.

Kompla billi qal li r-rivista Opera News ilha waħda mill-akbar istituzzjonijiet fix-xena tal-opri għall-aktar minn nofs seklu.

Joseph Calleja rebaħ il-premju flimkien ma’ ħames persuni oħra distinti minn madwar id-dinja.

F’kummenti dwar Calleja, is-Senior Editor Louise Guinther qalet li t-tenur Malti għandu vuċi mill-isbaħ, li mimli b’emozzjoni u passjoni irreżistibbli, u li hu kapaċi juża’ din il-vuċi b’teknika mil-aqwa. Hi stqarret li bil-vuċi biss, Joseph Calleja kapaċi jinterpreta il-karattru li jkollu.