Lokali

Joseph Muscat: iħalli Malta għal pajjiż ieħor imdaħħal fl-iskandlu Panama Papers

Prime Minister Ali Abu Ragheb attends a parliament meeting in Amman 14 August 2003. The newly formed government of Abu Ragheb got an overwhelming vote of confidence from the country's new parliament after five days of often bitter debate. The 110-member parliament endorsed the veteran premier's team by 84-23, with one abstention. AFP PHOTO/Khalil MAZRAAWI / AFP / KHALIL MAZRAAWI

Fl-istess jum illi fih eluf inġabru quddiem Kastilja biex isemmgħu leħinhom fi protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħalla Malta biex jibda żjara fil-Ġordan. Dan il-pajjiż huwa wieħed minn dawk li jissemmew fl-iskandlu Panama Papers.

Id-dokumenti tal-ICIJ żvelaw illi l-eks Prim Ministru tal-Ġordan Ali Abu al-Ragheb (ritratt) għandu diversi kumpaniji reġistrati fil-British Virgin Islands u s-Seychelles.

Il-kumpanija fil-British Virgin Islands li isimha joħroġ mill-Panama Papers huwa Jaar Investment Ltd.

Skont rapporti li ħarġu fil-media Għarbija jirriżulta li diġa’ kien hemm pressjoni fuq l-eks Prim Ministru tal-Ġordan minn xi ġurnalisti li provaw jagħmlu domandi lilu dwar dawn il-kumpaniji offshore ħmistax qabel ħarġu l-Panama Papers. Ali Abu al-Ragheb qed jgħid li fit-twaqqif ta’ dawn il-kumpaniji m’hemm xejn illegali.

Intant, fid-delegazzjoni li marret il-Ġordan mal-Prim Ministru hemm ukoll il-Ministru Chris Cardona illi lbieraħ fil-Konferenza Laburista saħaq li jekk “il-PN isaawwat lil xi wieħed minnha bis-sejf, se nsawtukom lura bil-mannara”.