Lokali

Mhux veru li l-Kummissjoni Elettorali approvat l-Istatut tal-Moviment Patrijotti Maltin

Il-Kummissjoni Elettorali ċaħdet li approvat l-Istatut tal-Moviment Patrijotti Maltin. Fi stqarrija, il-Kummissjoni wieġbet id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Moviment, li l-Ġimgħa li għadda ddikjara li l-Istatut ġie approvat mill-Kummissjoni.

Madankollu, il-Kummissjoni Elettorali qalet li dan mhux minnu għax għadha trid tikkonsidra t-talba tal-Moviment għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni spjegat li kulma ħarġet kienet biss ‘acknowledgement’, li rċeviet l-Istatut u ittra mill-Moviment.