Mistoqsi mill-ġurnalisti x’jaħseb dwar dak li kiteb fuq Facebook l-eks Prim Ministru Alfred Sant, li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jirriżenja minħabba l-iskandlu Panama Papers, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ma riedx jgħid x’inhi l-opinjoni tiegħu.
Mistoqsi jekk jaqbilx ma’ dak li qal Alfred Sant, Owen Bonnici ħarab billi qal li jaqbel ma’ dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ waqt atività politika tal-Partit Laburista. Hu ma weġibx lanqas jekk jaħsibx li Alfred Sant għamel ħażin li kiteb hekk fuq il-media soċjali bħal Facebook.
Minkejja li Konrad Mizzi hu l-uniku Ministru tal-Unjoni Ewropea involut s’issa f’dan l-iskandlu, il-Prim Ministru Muscat għadu ma ħax azzjoni fil-konfront tiegħu u lanqas fil-konfront taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, li wkoll hu msemmi f’Panamagate.
Mistoqsija oħra lill-Ministru Owen Bonnici kienet jekk hux veru li hemm minn, fi ħdan il-Partit Laburista, li jrid li Konrad Mizzi jirriżenja.
//= $special ?>