Kull min għadda minn fejn ir-round about tal-Kappara, magħrufa aħjar bħala tat-tank tal-gas, seta’ jinnota membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jaqilgħu il-Palm li hemm f’din ir-round about. Dan hu essenzjali biex ikun jista’ jibda l-proċess tal-proġett li ser isir fit-triq imsemmija.
Esperti fis-settur saqsew għaliex il-qlugħ tal-Palm qed isir mill membri tal-AFM u mhux qed isir minn nies professjonali li jifhmu f’dan it-tip ta’ xogħol. Ħafna ftakru meta f’pajjiżna kellna lill tad-Dejma li kienu jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol. Għal dawn l-aħħar erbatax-il sena il-gvern kellu u għad għandu public private partnership mall-konsorzju ELC. Ħafna saqsew għaliex il-gvern ma użax is-servizz tal-ELC li magħha għandu PPP u li għandu l-esperjenza? Id-dubji dwar din il-biċċa xogħol hi dwar kemm l-AFM għandhom it-taħriġ mehtieg biex jaqilgħu is-siġar tal-Palm skond is-sengħa li hemm bżonn biex dawn il-Palm jiġu salvati u b’hekk ma jinqerdux waqt il-qlugħ, t-trasport u t-taħwil mill-ġdid tagħhom.
Sorsi infurmati tajjeb infurmaw lill-kamra tal-ahbarijiet tagħna li l-gvern qed iħallas għas-servizz ta’ espert Ingliż, Ian Lansley. Anke hawn kien hemm min saqsa għaliex ma ntużawx is-servizzi ta’ esperti Maltin li għandna f’pajjiżna u li huma nies kapaċi u abbli biex jagħmlu dan ix-xogħol.
Dan l-espert Ingliż li inġieb hu l-istess espert li l-gvern uża biex qala’ is-siġar li kien hemm quddiem Kastilja, liema siġar mill-informazzjoni li kiseb NET News jidher li eventwalment mietu kollha.
Jidher ukoll li l-gvern iddeċieda li flok iħawwel il-Palm f’post pubbliku biex jitgawdew mill-poplu kif kien qed isir sa issa, ġie deċiż li dawn il-Palm jitħawlu ġewwa il-Barracks ta’ Ħal Luqa, post li żgur mhux aċċessibli għall-pubbliku.
//= $special ?>