Transport Malta ħabbret li se jibda l-proġett tal-fly over tal-Kappara. Hu stamat, li ta’ kuljum 90,000 karozza tiltaqa’ fir-roundabout tal-Kappara u ghalhekk transport Malta habbret pjan ta’ kif se tipprova tikkontrolla t-traffiku li kien jghaddi ta’ kuljum minn din il-parti ta’ Malta.
Transport Malta ħabbret li l-proġett se jkun mqassam f’10 fażijiet. Ix-xogħol se jkun qed jammonta għall-spiża ta’ 22.5 miljun ewro, u mistenni jdum għall-sena u nofs.
Kelliem għall-Transport Malta qal li dan il-proġett hu wieħed ‘delikat’, aktar minn dak ta’ Triq il-Kosta, iżda skont l-istess awtorita’ mill-istudji li saru din il-problema tal-konġestjoni għandha tissolva. Hu qalu, li l-impatt fuq is-sewwieqa se jibda jinħass mat-tieni fażi fejn jibdew jingħalqu partijiet mit-triq, iġifieri f’Mejju li ġej.
Lejn l-aħħar ta’ Mejju, is-sewwieqa se jibdew jiġu referiti għall-toroq alternattivi li se jippruvaw itaffu l-konġestjoni, prinċiparjament mill-Bypass ta’ Birkirkara u minn Triq ix-Xatt tas-Sliema, żewġ toroq ewlenin li l-awtorita’ rrikonoxiet li diġa’ fihom ammont sostanzjali ta’ karozzi għaddjin minnhom. Transport Malta ħabbret li se jiġi sospiż il-priority lane fi Triq ix-Xatt, se jitneħħew l-ispazzji għall-parkeġġi fi Rue D’Argens l-Imsida, ristrutturazzjoni tar-rottot tal-karozzi fil-Junction ta’ San Gwann u diversi progetti ohra. Skont Transport Malta mhux eskluż ukoll li Triq Bisazza, ma tibqax triq pedestrijali, u terġaż tinfetaħ għat-traffiku.
Ix-xogħol mistenni li jsir filgħaxijet u skont l-istess awtorita’ il-proġett għandu jelimina bin-nofs mit-traffiku preżenti. Transport Malta tirrakomanda li s-sewwieqa jagħmlu użu mir-rottot alternattivi li ġew identifikati għal dan il-proġett.
Fl-ewwel fażi ta’ dan il-proġett mistenni li jsir x-xogħol mingħajr ma jkun hemm disturbanzi fit-traffiku. Se jkun hemm numru ta’ siti ta’ kostruzzjoni fuq il-ġnub fejn se jkissru partijiet bi preparazzjoni għall-cables tad-dawl, kif ukoll ħidma fuq l-bażi tal-istruttura. Is-siġar li hemm fuq ir-roundabout preżenti se jiġu rilokati mill-Forzi Armati ta’ Malta ġewwa l-bażi tagħhom stess.
Fit-tieni fażi mistenni li s-sewwieqa jibdew isibu xi disturbanzi fit-traffiku, hekk kif se jibdew jiġu murija rottot alternattivi li għandhom jintużaw. Hawnhekk ukoll, il-ħidma mistennija li ssir barra mill-ħinijiet fejn jinġabar l-aktar it-traffiku u jsir matul il-lejl.
Meta jitlesta l-proġett, il-fly over se jkollu żewġ karreġġjati fuq kull naħa, u se jitwaħħlu sound barriers matul it-triq.
//= $special ?>