Internazzjonali

Bastiment reġistrat Malta jinħataf minn pirati

Il-vapur reġistrat taħt il-bandiera Maltija, MT Puli, inhataf minn grupp ta’ pirati.

Rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw illi l-propjetarji tal-bastiment iddikjaraw li ma kellhomx informazzjoni dwar fejn jinsabu l-baħrin maqbuda. Kien hemm rapporti oħra illi qalu li l-ħtif seħħ madwar 90 mil nawtiku fin-nofsinhar tal-port Niġerjan ta’ Harcourt.

Sa tard ilbieraħ filghaxija l-kumpanija kienet qed tgħid li ma rċeviet l-ebda talba għal ħlas ta’ rahan.

Sitt membri tal-ekwipaġġ u l-kaptan jinsabu maqbudin mill-pirati.