Carmelo Micallef ta’ 52 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, li l-bieraħ ħebb għal gwardjana f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ fi Triq il-Katridral, viċin l-iskola.
Wara li l-Gwardjana talbet lil raġel isuq minħabba li kien qiegħed ipparkjat f’kantuniera,iżda hu irrifjuta u hu ħebb għaliha.
Il-Gwardjana kienet qed tidderieġi t-traffiku minħabba għeluq temporanju ta’ triq minħabba t-tfal tal-iskola.
Fi stqarrija l-General Workers’ Union, fid-dawl tal-aħħar każ li fih Gwardjana Lokali sfat aggreditita, filwaqt li tikkundanna kull att ta’ vjolenza, titlob li dawn il-ħaddiema jingħataw kull tip ta’ protezzjoni possibli.
Mill-ġdid kif diġà għamlet fix-xhur li għaddew tesiġi li bħal ma jiġri f’oqsma oħra ta’ infurzar il-Gwardjani Lokali għandhom jaħdmu f’pari.
It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU filwaqt li tesprimi s-solidarjetà tagħha mal-Gwardjana Lokali ma tista’ qatt u fl-ebda ċirkostanza taċċetta li ħaddiema, speċjalment uffiċjali pubbliċi, ikunu aggrediti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-każ, li seħħ ġewwa Tas-Sliema, huwa turija li għandha tingħata aktar attenzjoni fuq il-perikli u diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-Gwardjani Lokali.
Il-GWU tirringrazzja wkoll lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija għal ħidma immedjata li wettqu biex min kien responsabbli minn dan l-attakk jirrispondi għal għemilu.
Ir-raġel fl-2014 kien ġie akkużat li attakka pulizija, li fl 2004 hedded pulizlij, filwaqt li fl-1997 attakka raġel.
Ir-raġel ingħata ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €2000.
//= $special ?>