Il-Parlament Ewropew approva rapport miktub mill-Ewroparlamentari tal-PN Roberta Metsola dwar politika ħolistika dwar l-immigrazzjoni. Dna ir-rapport japprova li l-prinċipju ta’ pajjiżi tad-dħul għal Malta u pajjiżi oħra fuq il-fruntiera tal-UE, m’għandux ikun iktar attwat.
F’diskors fil-plenarja fi Strasburgu, Metsola qalet li l-Ewropa għandha tbiddel il-ħsieb tagħha fuq l-immigrazzjoni għaliex għaliex m’għandux ikun hemm iktar soluzzjonijiet ta’ emerġenza għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Hi qalet li l-punt tat-tluq f’dan ir-rapport hu l-element ta’ solidarjetà li fuq għandhom ikunu attwati l-azzjonijiet dwar l-immigrazzjoni.
Metsola qalet li trid issir distinzjoni bejn dawk li jiġu fl-Ewropea għall-protezzjoni u dawk li jiġu għax-xogħol minħabba li l-UE tifhem li filwaqt li l-persuni li qed jaħarbu l-gwerer u l-persekuzzjoni għandhom jingħataw protezzjoni għandhdom ikunu l-pajjiżi tal-UE li għandu jkollhom dritt għall kontroll tas-suq tax-xogħol tagħhom.
Roberta Metsola kompliet li mhux kulħadd għandu dritt għall-protezzjoni fl-Ewropa waqt li dawk li m’humiex eliġibbli għanddhom ikunu ritornati. Huma biss 36 fil-mija ta’ dawk li kienu ordnati jallu l-UE li fil-fatt irritornat fl-2014; konferma li hemm bżonn li jkun hemm titjib fl-effettività tas-sistemi.
Dwar is-sigurtà, Metsola qalet li hu fatt li teżisti biża’ għas-sigurtà fost il-pajjiżi barranin u insistiet li l-pajjiżi għandhom iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-fruntieri. It-tneħħija tal-kontrolli interni f’Schengen għandha tmur id f’id mat-tisħiħ tal-fruniteri esterni. Ir-rapport jappella għal trattament ġdid fil-konfront tal-problema tal-immgirazzjoni, bil-Parlament Ewropew jappella għal proċess ta’ żewġ proċessi fejn ikun stabbilit id-dritt li l-familji jinżammu magħquda waqt li l-persuni jirrispettaw il-valuri li fuqhom l-UE hi mibnija. Is-sena li għaddiet biss iktar minn miljun persuna qasmu lejn l-Ewropa waqt li 3771 persuna għerqu. Ir-rapport ta’ Metsola kien approvat b’459 favur, 206 kontra u 52 astenzjoni.
//= $special ?>