Ambjent Lokali

Il-PN ippreżentat b’dokument dwar il-futur tal-kampanja

“The Future of Nature Parks in Malta: Innovation and Management” hu dokument għad-diskussjoni li kien ippreżentat lill-Partit Nazzjonalista.

Petra Caruana Dingli u Martin Galea, li ppreżentaw id-dokument lix-Shadow Minister għall-Ambjent Marthese Portelli u lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar Ryan Callus, qalu li dan juri l-benefiċċji u l-bżonn li f’pajjiżna nibżgħu għall-kampanja.

Ix-Shadow Minister Marthese Portelli qalet li fil-ġimgħat li għaddew, il-Partit Nazzjonalista organizza konvenzjoni ġenerali bl-isem IdeaAmbjent, li trattat l-ambjent vis-a-vis s-saħħa, il-kultura u l-ambjent innifsu, filwaqt li trattat ukoll il-futur tal-ambjent f’pajjiżna.

Min-naħa tagħhom, Petra Caruana Dingli u Martin Galea sostnew li permezz ta’ dan id-dokument qed jistennew li f’pajjiżna jkun hawn aktar kuxjenza, filwaqt li forsi xi darba jkollna struttura ħolistika fuq livell nazzjonali, li tħares il-kampanja.

Id-dokument sar b’riċerka ta’ Paul Galea u hu ppublikat mill-Public Policy Institute u Din l-Art Ħelwa bħala parti mill-kampanja biex il-kampanja tkun salvagwardjata.