Sal-elezzjoni ġenerali li ġejja, l-għaqdiet ambjentali u l-poplu Malti se jkunu jafu fejn jinsabu mal-PN dwar l-ambjent għaliex il-PN se jkun aġġorna l-politika ambjentali tiegħu u ppubblikaha biex tkun analizzata mill-elettorat.
Dan sostnieh il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil meta iltaqa’ ma’ numru ta’ rappreżentanti ta’ għaqdiet u entitajiet ambjentali fl-AŻAD, il-Belt. Akkumpanjat mix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Marthese Portelli u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar Ryan Callus, il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-PN bħalissa jinsab fil-proċess li jaġġorna l-politika f’diversi setturi, fosthom u bi prijorità l-ambjent.
Hu semma l-Konvenzjoni ‘Idea Ambjent’ li kienet il-bidu tla-proċess ta’ aġġornamnet tal-politika tal-PN dwar l-ambjent.
Il-pjani tal-PN huma li l-politika aġġornata tal-PN dwar l-ambjent tkun pubblikata sa nofs din is-sena biex wara l-pubbliku jkun jista’ jagħamel l-analiżi tiegħu.
Simon Busuttil qal li l-PN se jadotta politika differenti minn dik tal-PL u mhux se jiddikjara li għandu roadmap meta fil-fatt hu evidenti li dan hu Gvern bla pjan fis-settur ambjentali.
Bħala eżempju tan-nuqqasijiet tal-gvern fl-ambjent, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil semma l-mod kif il-Gvern qed jitratta ż-żoni ‘l barra mill-iżvilupp, l-ODZ. Simon Busuttil qal li l-PN hu determinat li l-aġġornament tal-politika tal-PN se jkun wieħed li jġib progess fil-pajjiż.
//= $special ?>