Lokali

Ippreżentat dokument lill-PN dwar il-futur tal-kampanja f’pajjiżna

The Future of Nature Parks in Malta. Innovation and Management hu dokument għad-diskussjoni li kien ippreżentat lill-Partit Nazzjonalista.

Petra Caruana Dingli u Martin Galea, ippreżentaw dan id-dokument lix-Shadow Minister għall-Ambjent Marthese Portelli u lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar Ryan Callus. Dokument li juri l-benefiċċji u l-bżonn li f’pajjiżna nibżgħu għall-kampanja.

Ix-Shadow Minister Marthese Portelli qalet li fil-ġimgħat li għaddew il-Partit Nazzjonalista organizza konferenza ġenerali bl-isem Idea Ambjent. Konferenza li trattat l-ambjent vis a vis s-saħħa, l-kultura, l-ambjent innifsu u trattat wkoll il-futur tal-ambjent f’pajjiżna. Marthese Portelli sostniet li l-kampanja m’għandhix tkun għażla rħisa li tkun faċli li niddeċiedu li nibnuha. Waqt din il-laqgħa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista ngħad wkoll kif il-pożizzjoni tal-Partit hi dik favur żoni ‘il barra mill-iżvilupp.

Minn naħa tagħhom Petra Caruana Dingli u Martin Galea sostnew li permezz ta’ dan id-dokument qed jistennew li fżpajjiżna jkun hawn aktar kuxjenza u forsi xi darab jkollna struttura holistika fuq livell nazzjonali li tħares il-kampanja.

Id-dokument The future of Nature Parks in Malta hu dokument b’riċerka ta’ Paul Galea i ippublikat mill-Public Policy Institute , Din l-Art Ħelwa bħala parti mill-kampanja biex il-kampanja tkun salvagwardjata.