Lokali

“Issa kulħadd jagħlaq ħalqu!” – Alfred Grixti wara d-dikjarazzjoni ta’ Evarist Bartolo

“Tkellem il-mexxej, u issa kulħadd jagħlaq ħalqu. Dan mhux żmien u ħin li inpaċpċu żżejjjed fil-gazzetti”.

Kienet din id-dikjarazzjoni tal-esponent u eks Kandidat Laburista Alfred Grixti, ftit minuti wara li ħarġet l-aħbar tad-dikjarazzjoni tal-Ministru Evarist Bartolo.

Dalgħodu, Evarist Bartolo ddikkjara bl-aktar mod ċar, li kieku kien flok Konrad Mizzi, kien jirriżenja. Dalgħodu, f’kummenti lill-media, Evarist Bartolo qal li kieku kien hu, kien jaċċetta l-parir ta’ Alfred Sant, jiġifieri li jirriżenja.

Aqra iktar:- “Kieku jien kont nirriżenja” – Evarist Bartolo

Alfred Grixti għadda dawn il-kummenti fuq Facebook u jkomplu jixhdu l-qasam kbira li fil-Partit Laburista, bejn dawk li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Konrad Mizzi u bejn dawk li jridu li Joseph Muscat ineħħieħ. Fil-jiem li għaddew, il-media żvelat li, f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista, numru ta’ Ministri oħra esprimew l-opinjoni li Konrad Mizzi għandu jirriżenja. Fost dawn hemm il-Ministru Leo Brincat, il-Ministru George Vella u l-Ministri Louis Grech.

Alfred Grixti