Raġel Libjan ta’ 39 sena minn Ħaż-Żabbar baqa jinżamm arrestat wara li kien akkużat li hedded li se jħanxar għonq it-tifla tiegħu waqt li kien xurban.
Ir-raġel li ilu jgħix Malta sa mill-1993, instab akkużat fosthom li hedded u ta’ fastidju lil mara u li kiser il-paċi pubblika. Il-Libja instab akkużat ukoll li kien qiegħed iġorr sikkina, filwaqt li jużaa lingwa vulgari fil-pubbliku.
Huma wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekutur Josric Mifsud qal lill-Maġistrat tal-għassa Audrey Demicoli li l-pulizija irċevew rapport mingħand mara, li qaltilhom li r-raġel tagħhom ħa sikkina mill-kċina u ħareġ biha jfittex lit-tifla tagħhom ta’ 18-il sena filwaqt li jheddidha li se jħanxrilha għonqa.
L-Ispettur Mifsud oġġezzjona għat-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, minħabba l-gravita’ tal-akkużi u li saħansitra hedded lill-familtu stess.
//= $special ?>