Negozjant Indjan instab ħati tal-akbar qabda ta’ flus foloz fl-istorja ta’ Malta. Huma intbgħat 13-il xahar ħabs.
L-Indjan, bl-isem ta’ Ravi Kumar kien arrestat matul ix-xahar ta’ Mejju fl-Ajruport internazzjonali ta’ Malta. Huma kien importaturta’ oġġetti tal-ġilda. L-akkużat kien se jitlaq minn pajjiżna meta nstab li kien qiegħed iġorr mal- €116,200 fi flus foloz, aktar minn 1,152 karta tal- €100 u 20 karta tal-€50 foloz.
Għalkemm Kumar ċaħad l-akkużi, il-Maġistrat Josette Demicoli innutat li wara kien ammetta l-ħtija.
Wara li l-Maġistrat ikkunsidrat li Kumar għandu rekord kriminali nadif, il-Maġistrat kkundannatu 13-il xahar ħabs. Hu ġie ordnat li jħallas multa ta’ €576.21 għall-ispejjeż tal-esperti li ġew appuntati b’rabta mal-każ.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Ian Joseph Abdilla.
//= $special ?>