Net Television u Radio 101 komplew jsaħħu l-udjenzi tagħhom. Dan jikkonfermah l-aħħar stħarriġ tal-Awtorita’ tax-Xandir.
Filfatt Net Television żied 3% fl-udjenza waqt li Radio 101 żied 2% fuq l-istess stħarrig tas-sena li għaddiet. L-aktar programmi segwiti fuq Net Television huma l-programmi Becky u Intricci.
Il-Ħadd filgħaxija Net Television huwa l-aktar stazzjon segwit, permezz ta’ Becky, waqt li l-aktar programm sportiv segwit mill-istazzjonijet kollha huwa Replay.
Net News mill-istħarriġ tas-sena li għaddiet, għal dan l-aħħar stħarrig irdoppja l-udjenza u mill-istħarrig tal-Awtorita’ tax-Xandir jirriżulta li Net News huwa aktar preferut mill-aħbarijiet tas-Super One.
Radio 101 żied fl-udjenzi tiegħu u tejjeb tliet pożizzjonijiet, biex issa huwa r-raba’ l-aktar stazzjon popolari tar-radju.
Dawn ir-riżultati waslu wara l-investiment li sar fl-aħħar xhur, waqt li l-istazzjonijiet Net u Radio 101 fix-xhur li ġejjin se jkomplu jinvestu biex tittejjeb il-kwalita’ waqt li jkompli jitjieb is-servizz.
L-istħarriġ sar fost 1,600 persuna u sar matul ix-xahar ta Frar.
//= $special ?>