Ewropa Lokali

Panama papers: “Il-Maltin huma onesti” – David Casa fil-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew iddibatta l-effettività tal-miżuri ezistenti fl-UE kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus fl-isfond tar-rivelazzjoni tal-Panama Papaers.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament Ewropew, il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa espriema t-tħassib li esprimew diversi kelliema oħra mill-ispettru politiku kollu tal-parlament Ewropew.

David Casa qal li l-UE kisbet ħafna fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus iżda l-iskandlu tal-Panama wera li dawk li għandhom intenzjonijiet ħżiena u biżżejjed poter jistgħu jduru mar-regoli li għandhom japplikaw għal kulħadd billi jaħbu s-sors tal-finanzjament permess ta’ strutturi finanzjarji b’diversi ġurisdizzjonijiet.

L-ewroprlamentari Casa sostna li Malta ħadmet bis-sħiħ biex ikollha industrija tas-servizzi finanzjarji skont il-livelli regolatorji. Il-fatt li persuni Maltin implikati f’dan l-iskandlu kellhom jirrikorru għall-Panama jikkonferma l-istruttura tajba tas-servizzi Maltin. L-azzjonijiet ta’ klikka żgħira ma jirriflettux ir-rieda tajba tal-poplu onest u korrett Malti.

L-atti ta’ korruzzjoni m’humiex aċċettabbli. Malta hi konformi mal-livelli Ewropej u internazzjonali, qal David Casa, li kompla li l-poplu Malti jaqbel mal-bqija tal-Ewropej u jiddikjara b’mod qawwi li l-korruzzjoni mhix aċċeettabbli u m’għandha qatt tkun tollerata.

David Casa sostna li l-vot ta’ sfiduċja lfil-gvern li tressaq se jkun test u fih għad irid ikun stbabilit jekk membri tal-Gvern Malti humiex se jkunu mal-poplu jew jekk humiex se jappoġġjaw il-korruzzjoni li ħadet f’idejha t-tmexxija tal-Gvern Malti fl-aħħar ġimgħat.