Ewropa

Is-Soċjalisti Ewropej jitolbu inkjesta dwar l-iskandlu Panama Papers

epa05242948 Photo shows the building where the office of Panamanian law firm Mossack Fonseca is located in Panama City, Panama, 03 April 2016. 11 million documents from Mossack Fonseca database were leaked allegedly exposing high profile tax evasion and money laundering among the world's elite. EPA/Alejandro Bolivar

Wara l-informazzjoni straordinarja li ħarġet mill-Panama Papers u l-iskandlu internazzjonali li ħasad anke lil Malta, il-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej ħabbar illi se jitlob li jitwaqqaf kumitat ta’ inkjesta fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Strasburgu, il-Kap tas-Soċjalisti Gianni Pitella qal li se jkun qed iressaq din il-proposta waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kapijiet tal-Gruppi politiċi rispettivi.

“Quddiem dan l-iskandlu għandna nimxu b’tolleranza żero”, sostna Pitella.

Is-Soċjalisti Ewropej qed jitolbu li postijiet bħall-Panama fejn issir evazjoni tat-taxxa jiġu blacklisted. Pitella saħaq illi hemm bżonn jiddaħħlu sanzjonijiet kontra min qed jgħin lil nies sinjuri ipoġġu flushom f’dawn il-pajjiżi.

“Din hija battalja favur il-ġustizzja”, sostna l-Kap tas-Soċjalisti Ewropej.