Internazzjonali

Attakk suwiċida f’Misrata

Tal-anqas persuna waħda nqatlet f’attakk suwiċida f’checkpoint fin-Nofsinhar tal-belt Libjana ta’ Misrata. Fl-attakk kien hemm erba’ membri ġellieda oħra li kienu għassa fil-post, u li ndarbu.
Skont sorsi f’Misrata, l-attakk twettaq permezz ta’ karozza-bomba qrib ic-checkpoint ta’ Essdada, madwar 80 kilometru miċ-ċentru tal-belt.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, iċ-checkpoints li hemm madwar Misrata spiss spiċċaw fil-mira ta’ attakki mill-ISIS.
Xi sorsi qalu li kollox jindika li anki dan l-attakk twettaq mill-ISIS. Il-grupp militanti Iżlamiku wettaq ukoll attakk kontra kamp militari kmieni l-Erbgħa filgħodu, li jinsab tul il-kosta bejn Bani Walid u Misrata. Fl-attakk, ammonti kbar ta’ munizzjon u armi nsterqu.