Lokali

Filmat: “Iffurmajt opinjoni … nesprimieha meta jkun il-waqt” – Jose’ Herrera

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera, ftit tal-ħin ilu, iddikjara li dwar il-pożizzjoni politika tal-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi ifforma opinjoni, li se jkun qed jesprimieha fiż-żmien li ġej u meta jkun il-waqt.

Hu qal dan lil NETnews.com.mt meta kien mitoqsi jekk il-pożizzjoni ta’ Konrad Mizzi għadhiex politikament tenibbli.

Is-Segretarju Parlamentari kien mistoqsi wkoll ma’ min hu inklinat li jaqbel: jekk hux ma’ Joseph Muscat (li Konrad Mizzi jibqa’ Ministru) jew ma’ Alfred Sant, Evarist Bartolo u Godfrey Farrugia (li Konrad Mizzi għandu jirriżenja).

Madankollu, Jose’ Herrera evita milli jwieġeb għal din il-mistoqsija.