Lokali

Filmat: IL-Whip tal-PL Godfrey Farrugia jgħid li kieku kien minflok Konrad Mizzi kien jirriżenja

Il-qasma fil-Partit Laburista tkompli toħroġ b’mod aktar ċar, hekk kif issa l-Whip tal-grupp parlamentari laburista Godfrey Farrugia qal li kieku kien minflok Konrad Mizzi, kien jirrizenja. Dan ħareġ f’artiklu fil-gazzetta The Times of Malta

Il-bieraħ il-Ministru Evarist Bartolo wkoll qal li kienu kien hu kien jirriżenja fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama. Qal li kieku kien jieħu l-parir tal-MEP Laburista Alfred Sant.

Evarist Bartolo kien wieħed mid-Deputati fil-Grupp Parlamentari Laburista li ssemma’ bħala wieħed minn dawk li talbu li Konrad Mizzi jirriżenja. Miegħu ssemmew wkoll il-Ministru Leo Brincat, George Vella u Louis Grech li kollha ssemmew fil-lista ta’ Ministri li nsistew li Konrad Mizzi għandu jirriżenja.

Anke l-Ministru Edward Scicluna ddikjara fil-Parlament li Joseph Muscat għandu jieħu deċiżjonijiet iebsa fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama. Magħhom issa ngħaqad wkoll il-Whip tal-grupp parlamentari Laburista Godfrey Farrugia.