Fl-aħħar ġimgħat spiċċaw żewġ Maġġuri tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Għawdex, bil-Ministru responsabbli mill-Pulizija ma jgħidx fil-Parlament meta dawn il-Maġġuri se jiġu sostitwiti.
Ix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, staqsa lill-Ministru Carmelo Abela jgħid meta hu ppjanat li dawn jiġu sostitwiti b’Maġġuri oħra, aktar u aktar meta wieħed minn dawn il-Maġġuri li spiċċa kien qabeż Maġġur li huwa stazzjonat Malta u fis-seniority kien jiġi qablu.
Il-Ministru Abela qal li wieħed mit-tliet Surġenti Maġġuri li kienu stazzjonati f’Għawdex irtira bil-pensjoni. Ieħor qiegħed bit-‘termination leave’. Wieġeb biss li s-sostituzzjoni ta’ dawn l-uffiċjali tkun tista’ tigi kkunsidrata meta l-esiġenzi tal-Korp jippermettu dan.
//= $special ?>