B’reazzjoni għal ‘tweet’ mill-Ministru Konrad Mizzi, li għada se jkun qed jiffirma l-karti biex jiftaħ libell kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-unika karti li għandu jiffirma Konrad Mizzi huma tar-riżenja tiegħu.
Konrad Mizzi għadu qed jibqa’ jiddefendi lilu nnifsu minkejja li llum komplew jiġu żvelati aktar fatti dwar l-iskandlu tal-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama. Fatti li kienu deskritti bħala “xokkanti” mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’konferenza tal-aħbarijiet.
Agħfas hawn għal iktar dettalji dwar il-konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
//= $special ?>