Lokali Saħħa

Mediċina għall-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider out-of-stock

Minkejja d-diversi stqarrijiet li qed jagħmel il-Gvern, f’pajjiżna għad hawn problemi ta’ nuqqas ta’ mediċini, li tant huma essenzjali għal min ikollu bżonnhom. L-aħħar mis-sensiela ta’ mediċini li mhix tinstab mill-ispiżeriji hi Letrozole, li tintuża’ minn pazjenti li jbatu mill-kanċer tas-sider.

Persuni li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li fl-aħħar jiem marru fl-ispiżerija biex jixtru din it-tip ta’ mediċina għall-qraba tagħhom li qed ibatu minn din il-marda. Madankollu, huma qed jingħataw it-tweġiba li din hi out-of-stock.

Il-persuni spjegaw magħna li ma jistgħux jifhmu jekk in-nuqqas ta’ din il-mediċina hux ġej mill-Gvern jew inkella minn min jissupplixxiha fis-suq. Madankollu, li jgħodd għalihom hu li qed jagħmlu minn kollox biex jixtru din il-mediċina, ħalli jgħinu lil qrabathom, iżda kull tentattiv tagħhom qed jirriżulta fin-negattiv.