Lokali

Ir-rebbieħa Maltija tal-konkors tat-traduzzjoni tal-UE tirċievi premju fi Brussell

Il-Kummissjoni Ewropea llum ippremjat ir-rebbieħa tal-konkors annwali tagħha tat-traduzzjoni “Juvenes Translatores”. Sarah Falzon minn G.F. Abela hija r-rebbieħa Maltija ta’ din is-sena. Total ta’ 28 student tas-sixth form, wieħed minn kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ingħata premju wara kompetizzjoni b’aktar minn 3,000 parteċipant mill-kontinent kollu.

L-istudenti kellhom jittraduċu testi li jittratta t-tema tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. It-tema ntgħażlet biex timmarka l-2015, is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp. Il-parteċipanti setgħu jagħżlu minn xi 552 kombinazzjonijiet possibbli bejn kwalunkwe żewġ lingwi mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Din is-sena l-istudenti użaw 166 kombinazzjoni tal-lingwi, inkluż traduzzjoni miċ-Ċek għat-Taljan, mill-Malti għall-Olandiż, u mid-Daniż għall-Pollakk. Ir-rebbieħa kollha għażlu li jittraduċu għal-lingwa li jafu l-aktar, bħalma jagħmlu t-tradutturi tal-istituzzjonijiet tal-UE. Sarah Falzon ittraduċiet mill-Ingliż għall-Malti.