Il-Partiti Politiċi kollha fil-Parlament Ewropew qablu li għandha ssir inkjesta dwar l-iskandlu tal-Panama Papers.
Fl-iskandlu, aktar minn 140 politiku minn madwar id-dinja nqabdu li użaw pajjiżi bħal Panama biex jiftħu kumpaniji bil-għan li jaħbu jew jaħslu l-flus. Fil-lista ssemma wkoll il-Ministru Konrad Mizzi.
Wara li ntlaħaq qbil bejn il-partiti politiċi kollha fil-Parlament Ewropew, issa jmiss li tittieħed deċiżjoni formali fis-sessjoni tal-Plenarja tal-Parlament Ewropew. Is-sessjoni Plenarja se ssir f’Mejju li ġej fi Strasburgu.
Jekk din il-proposta tgħaddi mill-Parlament Ewropew, jitwaqqaf Kumitat fil-Parlament Ewropew li għandu jinvestiga u jwettaq inkjesta dwar dan l-iskandlu.
//= $special ?>