Qorti

L-’Illum’ ħatja li llibellat preżentatriċi televiżiva

Il-preżentariċi televiżiva Stephanie Chircop ingħatat kumpens ta’ 2,000 ewro mill-Qorti wara dwar rapport libelluż fil-gazzetta ‘Illum’.

Ir-rapport pubblikat f’Awwissu 2012 kien miktub minn Karl Stagno Navarro, li kien immultat 1,800 ewro waqt li l-editur tal-gazzetta Julia Farrugia kienet immultata E200. Ir-rapport kien jallega li Stephanie Chircop kienet se titressaq il-qorti akkużata li għamlet frame-up fuq l-ex sieħeb tagħha.

Skont ir-rapport libelluż Stephanie Chircop kienet se tiġi akkużata dwar rapprot falz li fih allegat li l-ex sieħeb tagħha Silvio Scerri kien avviċina barrani biex joqtol lill-boxer Scott Dixon. Wara li baqgħetx ma’ Silvio Scerri, Stephanie Chircop kellha relazzjoni ma’ Dixon.

Ir-rapport tal-’Illum’ allega wkoll li Chrircop kienet twaqqfet milli tippreżenta programm fuq One TV minħabba l-allegat arrest tagħha mill-pulizija. Aktra tard Stephanie Chirocp issieħbet ma’ NET TV. Ir-rapport tal-’Illum’ allega li l-preżentariċi kellha titressaq il-qorti fil-ġrenet li ġejjin fejn se tiffaċċja lista twila ta’ akkużi.

Il-Maġistrart Franco Depasquale qal li l-istorja kienet ibbażata fuq xi fatti li kienu korraborati fil-proċeduri iżda l-ġurnalist Karl Stagno Navarro wasal għal konklużjonijiet żbaljati li faċilment setgħu ikkaġunaw ħsara lir-repurtazzoni tal-preżentatriċi.

Irriżulta li Stephanie Chircop ma tressqitx il-qorti fuq dan l-każ għalkemm il-pulizija ikkonfermwa li kienu qed jinvestigaw. Il-Qorti stabbiliet li ma kienx hemm evidenza li hi twaqqfet minn One TV wara l-arrest tagħha. Kien biss sena wara li kienet arrestata li dan seħħ, sostniet il-Qorti. Għalhekk il-Maġistrat Franco Depasquale ddikjara li l-istorja tal-’Illum’ kienet libelluża.