Lokali

L-SDM b’kandidati minn setturi differenti fil-KSU

Għal sena oħra l-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM) żammew il-11-il kariga fil-Kunsill tal-Istudenti Universitarju (KSU).

Minkejja li mhux se jkunu kontestati, l-SDM assumew ir-responsabbiltà li jirrappreżentaw lill-istudenti fl-Unigveristà ta’ Malta u għażla 11-il kandidat li ġejjin minn setturi differenti u li għandhom ideat differenti.

Dan se jwassal biex il-kunsill il-ġdid ikun iffurmat minn studenti mis-setturi kollha tas-soċjetà u li jkunu kapaċi jiksbu kuntatt dirett mal-istudenti kollha.

Fi stqarrija l-SDM qalu li l-isskop tagħhhom mhux li jirbħu l-elezzjonijiet iżda li konsistentament ikunu għaqda li tirrappreżenta lill-istudenti. Bis-slogan ‘Il Quddiem, l-SDMU għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari li joffru ideat ċari u li jħasru ‘l quddiem.

Il-programm elettorali tal-SDM jinkludi 58 proposta li huma mifruxa mit-trasport, id-drittijiet tal-istudenti, il-Euro 2016 Mini-Village u ħidma filantropika. L-SDM appellat lill-għaqdiet studenteski kollha biex jaħmdu id f’id għall-benefiċċju tal-istudenti.