Lokali

Marret tixtri bikini u qalulha li hi “ħoxna wisq”

Esperjenza li għaddiet minnha Jessica Portelli, li għandha 24 sena, spiċċat irrapurtata f’artiklu fuq id-Daily Mail .

Kollox beda meta Jessica, li tgħix l-Ingilterra, marret tixtri minn ħanut tal-ħwejjeġ, Matalan, u riedet tipprova bikini. Iżda mara li kienet qeda ħdejn ic-changing rooms, qalet lil Jessica li kienet wisq ħoxna biex tilbes bikini.

Jessica mbgħad spiċċat biex ħadet ritratt tagħha nnifisha tħares fil-mera liebsa dik il-bikini li dik il-mara qaltilha li kienet ħoxna għaliha. Ritratt li għamiltu fuq il-profil tagħha ta’ facebook bl-iskop li tgħaddi l-messaġġ li fil-ħajja l-kunfidenza fik innifsek hi aktar importanti milli jkollok figura size 6, jiġifieri li l-figura tiegħek tkun qisha ta’ top model.

Ir-ritratt ta’ Jessica bil-kumment tagħha laqat lil ħafna tant li kienu mijiet dawk li għamlu share tal-post tagħha fuq facebook. Ir-ritratt u l-kumment tant dar li spiċċa anke għand il-gazzetta tas-sit Ingliż Daily Mail.

Fil-kummenti tagħha Jessica Portelli qalet wkoll li grazzi għal dik il-mara spiċċat biex għal dik il-bikini ngħatat prezz irħas! Jessica qalet wkoll li minflokha setgħet kienet tfajla oħra li bil-kumment ta’ dik il-mara setgħet titlef, anke jekk għal ftit minuti l-kunfidenza tagħha.

jessica facebook post