Lokali

PANAMA PAPERS: FILMAT: “Għamiltha ċara kif se niftaħ għajnejn il-Prim Ministru” – Evarist Bartolo

Il-Ministru Evarist Bartolo dalgħodu ddikkjara li għamilha ċara kif se jkun qed jiftaħ għajnejn il-Prim Ministru Joseph Muscat fid-dawl tal-iskandlu ta’ Konrad Mizzi.

Dalgħodu Evarist Bartolo kien dieħel għal-laqgħa tal-Kabinet li laqqa’ Joseph Muscat l-għada li ġew żvelati fatti ġodda u xokkanti dwar l-iskandlu tal-Panama Papers. Fost l-oħrajn ġie żvelat li kien hemm e-mail li turi l-awtorizazzjoni biex jinfetaħ kont bankarju fil-Panama.

Aktar: – BĦALISSA: Muscat ilaqqa’ l-Kabinet

Hu u dieħel Kastilja, Evarist Bartolo kien mistoqsi kif se jkun qed jiftaħ għajnejn il-Prim Ministru, wara li Bartolo kiteb fuq Facebook li l-Prim Ministru għandu bżonn xi ħadd li jiftaħlu għajnejh.

Bi tweġiba, Evarist Bartolo qal “Vera mistoqsija relevanti diġa għax naħseb diġa għamiltha ċara din…”, b’referenza għad-dikjarazzjoni li għamel jumejn ilu meta qal li Konrad Mizzi għandu jirriżenja.

Bit-tweġiba tiegħu, mhux eskluż li waqt il-laqgħa tal-Kabinett, Evarist Bartolo jgħid lil Muscat biex ikeċċi lil Konrad Mizzi. Dan fil-preżenza ta’ Konrad Mizzi, li kollox jindika li jinsab preżenti għal-laqgħa tal-Kabinet li qed titlaqqa’ dalgħodu.