L-iskandlu Panama Papers qed iwassal għal kriżi fil-Gvern ta’ Joseph Muscat, bil-pajjiż jispiċċa f’nofs taqlib politiku kbir. Hekk qed jirrapporta l-ġurnal awtorevoli Le Monde fis-sit elettroniku tiegħu.
Le Monde qed jispjega kif Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama. Jgħid ukoll illi tant il-mossa tagħhom kienet suspettuża li kien hemm banek illi irrifjutaw li jiftħulhom konta bankarju barra l-pajjiż.
Il-ġurnal Franċiż qal li Joseph Muscat qed jibqa’ jiddefendi liż-żewġ persuni implikati f’dan l-iskandlu, mikejja li l-pajjiż għaddej minn maltemp politiku.
Fl-artiklu jiġi kwotat il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant, u l-appell qawwi li għamel din il-ġimgħa biex il-Ministru Mizzi jirriżenja.
//= $special ?>

