L-Ewroparlamentari tal-PN Roberta Metsola laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li n-negozji Maltin issa jistgħu jbiegħu prodotti fuq il-websites tal-Amazon u qalet li din kienet kwistjoni li kienet ilha teffettwa kumpaniji Maltin. Il-fatt li issa n-negozji Maltin se jkunu jistgħu jbiegħu prodotti fuq l-Amazon ifisser li infetaħ suq ta’ 300 miljun.
Roberta Metsola, li hi parti mill-Grupp tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għas-Suq Intern u l-Affarijiet tal-Konsumatur (IMCO) qalet li s’issa n-negozjanti Maltin kienu qed isofru minn żvantaġġ minħabba li kienu trattati b’mod differenti minn kumpaniji f’pajjiżi oħra. In-negozjanti Maltin ma beżgħu qatt mill-kompetizzjoni iżda din għandha tkun ġusta. In-negozjanti Maltin jistgħu jikkompetu kullimkien u ma kulħadd dment li jkun hemm qafas ġust, sostniet Metsola.
Malta ma knitx inkluża fil-lista ta’ pajjiżi li l-prodotti tagħhom setgħu jinbiegħu fuq Amazon iżda l-pjattaforma tal-eComemrce tat l-apporvazzjoni formali tagħha lill-Awtorità tal-komunikazzjoni li Malta issa tifforma parti mill-lista ta’ pajjiżi li huma appoġġjati biex ibiegħu l-prodotti tagħhom.
//= $special ?>