Kultura Lokali

Is-Sibt li ġej fuq NET Television: Bews il-Baħar

“Bews il-Baħar” hu film qasir ibbażat fuq il-fantasija dwar sajjied u missieru, li jiltqagħu ma’ żewġ tfajliet misterjużi u solitarji waqt li jkunu qed jirmiġġaw fuq gżira mbegħda f’maltempata.

Il-film hu miġbud mal-kosta ta’ Malta bi sfond realistiku mibni fuq l-għeruq tal-kultura, il-folklor u l-wirt storiku ta’ Malta.

Jirnexxilu jaqbad il-ġmiel tal-baħar u l-kosta tal-gżira u hu mnebbaħ minn leġġendi u mitoloġiji lokali dwar il-baħar.

“Bews il-Baħar” għandu produzzjoni u direzzjoni ta’ Nicole Cuschieri, b’kitba ta’ Chris Galea.

Is-Sibt li ġej fit-8.10pm fuq NET Television.