“Iż-żjara tal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Kamp Al Za’atari fil-Ġordan, offriet opportunita unika li toffri solidarjeta’ mal-poplu Ġordaniż u r-refuġjati li hemm f’dan in-nazzjon u l-madwar.”
Matul iz-zjara Muscat sab il-ħin biex imur iżur il-kamp tar-refugjati Al Za’atari, liema zjara uriet solidarjeta’ Maltija lejn l-irġiel, in-nisa u t-tfal li jgħixu fil-kamp. Il-Kamp Al Za’atari jospita 80,000 refugjat, li minn dawn 30% huma tfal.
Il-Fondazzjonijiet Maltin, fi stqarrija qalu li b’din iż-żjara huma kunfidenti aktar minn qatt qabel li l-interazzjonijiet li kellu l-Prim Ministru mar-refugjati “missew s-sentinmenti” tieghu. Sentimenti li raw id-disperazzjoni ta’ dawn ir-refugjati, li jixraqilhom li jerġgħu jiksbu d-dinjità tagħhom.
B’sodisfazzjon laqgħu wkoll l-impenn tal-Prim Ministru Malti biex ikompli jenfasizza lill-Unjoni Ewropea (UE) biex tipprovdi aktar assistenza lill-Ġordan u lil-Libanu. Madankollu, il-Fondazzonijiet ġibdu l-attenzjoni li Malta mhux se tkun qed tipparteċipa fil-ftehim li UE u t-Turkija laħħqu fix-xhur li għaddew.
Dawn qalu li, “huwa minħabba dan il-fatt li qed inħeġġu lil Malta biex tippartecipa fl-impenn tal-UNHCR u taċċetta li tiehħ r-refugjati mill-Ġordan, mill-Libanu u mit-Turkija”.
Komplew jgħidu li din il-parteċipazzjoni għandha l-kapaċità terġa’ tiżra’ t-tama fir-refugjati li l-futur tagħhom jista’ jkun ibbażżat fuq r-rispett u d-dinjità.
“Din il-partecipazjoni tibghat messagg qawwi lill-UE u l-kommunità internazzjonali li l-krizi prezenti tar-refugjati hija inaċċettabbli u titlob revizjoni mmedjata” temm jghidu l-Aditus, l-Integra u l-JRS Malta.
//= $special ?>