Lokali

Tfajjel ta’ 14-il sena liberat li kkaġuna l-mewt ta’ sieħbu fil-baħar

Tfajjel li ismu ma jistax jixxandar kien liberat minn akkuża li kkaġuna l-mewt ta’ sieħbu ta’ 14-il sena wara li qabeż fuqu fil-baħar meta huma kienu qed jgħumu flimikien.

Il-każ seħħ is-sajf li għadda fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem meta t-tfajjel akkużat qabeż il-baħar minn fuq pjattaforma u ġie fuq sieħbu James Xuereb minn Għajnsielem, ta’ 14-il sena wkoll. Il-vittma James Xuereb sofra ġrieħu f’dahru u miet fl-isptar.

Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud kkwota artiklu 37 tal-kodiċi kriminali li jispeċifika li kull minuri hu eżentat minn responsabbiltà kriminali għal kull att li jwettaq mingħajr intenzjonijiet ħżiena. Il-Qorti tal-Minuri Għawdxija stabbiliet li ma kellhix dubju li l-akkużat ma aġixxiex b’intenzjoni ħażina meta qabeż fuq sieħbu l-baħar minn fuq pjattaforma.

Jirriżulta li f’dan il-każ ma kinitx prpeżentata l-verżjoni tal-vittma għaliex il-pulizija ma kellmuhx fis-66 ġurnata li għamel jirkupra l-isptar qabel miet. Il-Qorti appellat biex jitwaħħlu sinjali ta’ twissija fil-post fejn seħħ l-inċident biex ikunu evitati inċidenti simili.

Il-Qorti innotat ukoll li l-ispettur tal-pulizija kien avżat bl-inċident ġimgħatejn wara li dan seħħ u wara kuntatt li sar mill-avukat tal-vittma. Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li l-qorti ma tistax tifhem kif il-pulizija ma segwitx każ li kien qajjam agħa f’Malta u Għwdex. Mistoqsija tal-Qoti kienet għaliex l-uffiċjal li ħa r-paport ma informax lis-supġerjurir tiegħu.

Jirriżulta wkwoll li fil-ġurnata li seħħ il-każ, il-Maġistrat tal-Għassa ma kinx informat u fil-fatt ma għamilx inkjesta għaliex ħass li kien għadda wisq żmien. Konsegwenza ta’ dan ma tqabbdu l-ebda esperti tal-qorti biex jiddetermianw il-possibbiltà ta’ nuqqasijiet li setgħu ikkaġunaw il-mewt tal-vittma. Kien biss wara li t-tfajjel miet – 66 ġurnata wara – li bdiet inkjesta bil-maġistrat. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.