Illum ħarġet statistika tal-Eurostat li turi li ċ-ċaħda materjali severa f’Malta, jiġifieri l-kundizzjonijiet bażiċi biex il-familji jgħixu ħajja diċenti, issa hi daqs il-medja Ewropea meta tliet snin qabel kienet sostanzjalment anqas mill-medja Ewropea.
Fl-2012, il-medja Ewropea taċ-ċaħda materjali severa kienet 9.9%, imma dik f’Malta kienet 9.2%. Dan ifisser li Malta kienet kważi 1% taħt il-medja Ewropea. Fl-2015, il-medja Ewropea taċ-ċaħda materjali severa naqset bil-qawwi għal 8.2%, iżda dik ta’ Malta ma naqsitx b’daqstant, u biss 8.1%.
Dan ifisser li ċ-ċaħda materjali severa f’Malta fl-2015, hi eżatt mal-medja Ewropea, meta tliet snin qabel kienet anqas mill-medja Ewropea. Għalkemm kwalunkwe tnaqqis għandu jintlaqa’ tajjeb, il-fatt li Malta m’għadiex taħt il-medja Ewropea, jibqa’ ta’ tħassib.
//= $special ?>