Hans Peter Doskozil, il-Ministru tad-Difiża Awstrijak, wissa li l-Awstrija hi lesta tagħlaq il- fruntiera mal-Italja, magħruf bħala tal-Brennero mal-Italja jekk ikun hemm bżonn. Dan fil-każ li dan is-Sajf ikun hemm ħafna immigranti li jippruvaw jaqsmu mill-Italja lejn l-Awstrija.
L-Awstrija bdiet issaħħaħ il-kontrolli tal-fruntiera mal-Itlaja tul il-Brennero fost bil-bini ta’ ħajt. Dan fost indikazzjonijiet li dan is-Sajf jista’ jkun hemm mewġa kbira ta’ immigranti li jiżbarkaw fl-Italja hekk kif ir-rotta mit-Turkija lejn il-Greċja ingħalqet.
Dan wassal għal tensjoni kemm bejn Vjenna u Ruma kif ukoll mal-Unjoni Ewropa.
L-Erbgħa, Paolo Gentiloni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, qal li l-Italja ma kinitx se taċċetta passi “unilaterali” mill-Awstrija rigward il-kriżi tal-immigrazzjoni.
Doskozil qal li l-Awstrija kienet lesta mhux biss tibqa’ tagħmel kontrolli fil-Brennero imma anki fuq il-ferroviji li jkunu deħlin mill-Italja kif ukoll fuq ir-rotot fuq il-muntanji bejn iż-żewġ pajjiżi. Hu qal li t-tħassib hu li l-Italja se tibda tħalli lil kullħadd jaqsam u l-Ġermanja twaqqafhom tul il-fruntiera bil-konsegwenza li dawn jispiċċaw imblukkati fl-Awstrija.
Tkompli l-polemika bejn l-Italja u l-Awstrija minħabba l-immigrazzjoni
