L-istazzjon mużikali MTV ħabbru li l-kantant ta’ fama Wiz Khalifa se jkun qed jifforma parti mil-‘line-up’ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isle of MTV. L-Isle of MTV se jkun qed jirritorna dan is-sajf għall-għaxar sena konsekuttiva. Wiz Khalifa se jingħaqad ma’ Jess Glynne li kienet konfermata fil-ġimgġat li għaddew.
Wiz Khalifa għandu diversi kanzunetti popolari, fosthom ‘Roll Up’, ‘No Sleep u Black and Yellow’ li kienet in-numru 1 fic-chart tal-Istati Uniti u daħlet ukoll fl-aqwa 10 taċ-charts Brittaniċi. L-aktar suċċess riċenti hija l-kanzunetta ‘See you Again’, is-soundtrack tal-film Furious 7 u li hu wkoll dedikata lill-attur Paul Walker li miet qabel ħareġ il-film.
//= $special ?>