Fi stqarrija, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa laqa’ s-sentenza tal-Qorti u qal li saret ġustizzja.
Casa nnota dak li qal il-Maġistrat Joe Mifsud meta kkummenta li dawn l-akkużi messhom qatt ma tressqu, bl-MEP isostni li hu inkwetanti li l-każ tmexxa ‘l quddiem xorta minkejja li l-Pulizija kienet xettika, bil-Prosekuzzjoni tistrieħ biss fuq il-pariri tal-Avukat Ġenerali.
David Casa rrefera għall-kummenti tal-Kap tal-Grupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew Gianni Pittella u ddikjara li jkun aħjar li kieku l-kollegi fi Brussell jifhmu sew xi jfissru l-azzjonijiet tal-partiti politiċi li jagħżlu li jiddefendu.
“L-Iskandlu tal-Panama Papers wera l-iżbilanċ morali qawwi li jinsab fih bħalissa l-Gvern Laburista Malti u hu d-dmir ta’ kull Membru Parlamentari Ewropew li jagħmilha assolutament ċara li kull sforz biex jingħalaq ħalq min jikkritika lill-Gvern hu inaċċettabbli għalkollox fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea”, temm jgħid David Casa.
//= $special ?>