Jekk qatt kien hemm bżonn prova tal-inkonsistenza fir-rappurtaġġ tal-PBS, illum teżisti prova li tesponi bl-aktar mod ċar gidba minn naħa tal-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja.
Qal dan l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għad-drittijiet taċ-ċittadin Clyde Puli fi stqarrija. Dan wara li l-PN rċieva tweġiba mill-Kap tal-Kamra tal-aħbarijiet tal-PBS Għall-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista għall-fatt li l-istazzjon nazzjonali għażel li ma jirrappurtax dak li qal l-eks Prim Ministru Alfred Sant dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama. Il-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja wieġeb billi qal “li b’konsistenza mal-linja editorjali tagħha, l-PBS qatt ma tirraporta kummenti u opinjonijiet, huma ta’ min huma li jinkitbu fuq il-facebook.”
Madanakollu, il-Ħamis stess, fl-istess ġurnata li Reno Bugeja kiteb l-ittra ta’ tweġiba, il-PBS xandar kummenti fuq Facebook tas-Sindku Laburista Ignatius Farrugia.
Il-Partit Nazzjonalista qal li din m’hi xejn għajr gidba ċara minn naħa ta’ Reno Bugeja, li suppost, fil-kariga tiegħu ta’ Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS, jassigura li tingħad il-verità fl-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali.
Il-PN temm jgħiud li l-uniku linja editorjali li l-Kap tal-Aħbarijiet Reno Bugeja “jsegwi b’mod skrupluż u b’konsistenza”, hija dik iddettata minn Kastilja. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu dan il-każ quddiem l-Awtorità tax-Xandir.
//= $special ?>

