Ambjent Edukazzjoni Lokali

Ġurnata mimlija attivitajiet ambjentali

Madwar 300 student u studenta mill-Iskola Primarja ta’ Ħal Luqa u l-familji tagħhom inġabru fil-Park nazzjonali ta’ Ta’ Qali (Oak Tree Circle) fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ambjent.

L-Amministrazzjoni tal-Iskola ħadet ħsieb ġurnata mimlija attivitajiet ambjentali bis-sehem tal-istudenti. Fost dawn l-attivitajiet, l-istudenti għamlu żjara fil-Petting Farm u anke ħawlu pjanta kull wieħed bħala parti mill-kampanja “Kabbar Siġra”.

Kull klassi tellgħet attività ta’ Dinja Waħda, Bird Life. Min-naħa tagħha,in-Nursery tal-Football ta’ Ħal Luqa tat is-sehem tagħha permezz ta’ attivitajiet sportivi. L-iskop tal-ġurnata kien li titqajjem kuxjenza dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-annimali.

Il-Waste Serv, Green.Mt, l-HSBC bil-kampanja Sun & Drop Fun Activity, kif ukoll l-Animal Welfare għenu biex dawn l-attivitajiet setghu jkunu suċċess.