Żewġ terremoti qawwija laqtu l-inħawi tal-Ġappun qrib qrib il-Belt ta’ Kumamoto lejn in-nofsinhar tal-pajjiż.
Dan seħħ 24 siegħa wara theżiża tal-art oħra li qatlet tal-anqas 9 persuni fl-istess żona. L-aħħar terremoti rreġistraw 7.1 u 7.4 rispettivament u seħħew ftit minuti l-bogħod minn xulxin.
L-awtortijatjiet Ġappuniżiħarġu avviż dwar Tsunami li tista’ sseħħ, b’kawża taċ-ċaqlieq fl-art li qed issir f’dawn l-aħħar jiem.
//= $special ?>