Kważi l-ħwienet kollha se jkunu affettwati bl-Avviż Legali, li jirregola l-billboards u s-sinjali tal-ħwienet.
Fi stqarrija, il-GRTU qalet li kuntrarju għal dak spjegat fi stqarrija tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-ħwienet se jkunu milquta u għalhekk se jkollhom iħallsu €1,500 fis-sena għat-tabelli li jkollhom. Jekk dan ma jseħħx, il-ħwienet se jkunu mmultati madwar €5,000.
Il-GRTU qalet li negozji fis-settur ta’ printing ta’ tabelli rreġistraw tnaqqis u saħansitra kien hemm min ħassar l-ordnijiet għal tabelli ġodda. Il-GRTU tinsab imħassba mhux ftit b’dawn l-iżviluppi, b’mod partikolari minħabba l-implimentazzjoni tal-Liġi u r-riperkussjonijiet tagħha.
Għaldaqstant, il-GRTU qed tappella biex din il-Liġi tiġi revokata b’mod immedjat. Il-GRTU ħabbret ukoll li l-Gvern avviċinaha biex jiddiskuti s-sitwazzjoni u għalhekk il-GRTU se tkun qed tlaqqa’ lis-sidien tan-negozji għada fl-4pm.
//= $special ?>