Il-Qorti Suprema tal-Brazil ċaħdet talba għal mandat ta’ inibizzjoni mill-Gvern kontra l-vot dwar it-tneħħija tal-President Dilma Rousseff.
Id-deċiżjoni ngħatat b’7 voti kontra 3, wara sessjoni straordinarja tal-Qorti Suprema hekk kif il-President Rousseff qed tiffaċċja akkużi varji ta’ korruzzjoni, fosthom li qabel l-elezzjoni ta’ sentejn ilu, hi mmanipolat il-kontijiet pubbliċi biex turi qagħda ekonomika aħjar milli kienet fir-realta’.
F’dawn l-aħħar jiem, iktar partiti telqu mill-koalizzjoni tal-Gvern u deputati fl-istess partit ta’ Rousseff – il Partit tal-Ħaddiema – huma wkoll imħassbin dwar is-sitwazzjoni.
Id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Braziljana wittiet it-triq għal dibattitu fil-parlament li mistenni jibda llum, bil-vot finali għall-impeachment tal-President jittieħed il-Ħadd.
Min-naħa tagħha, Dilma Rousseff qed tiċħad l-akkużi kollha u tgħid li dan m’hu xejn ħlief kolp ta’ stat biex l-avversarji tagħha jaħtfu l-poter.
//= $special ?>